Raġel Jiġbor Fondi Għall-Pazjenti Bil-Kanċer Fil-Festival Tat-Tajr F'Għawdex

Bħalma jagħmel kull sena, l-Kunsill Lokali tal-Għarb sa jkun qiegħed jorganiżża festival tat-tajr bl-isem The International Kite & Wind Festival

Huwa mifhum li l-għan ewlieni ta' dan l-avveniment huwa li jerġgħu jingħataw il-ħajja użanzi u tradizzjonijiet li matul dawn l-aħħar snin intesew, fosthom l-arti tat-tajr.

Madankollu, Gregory Camenzuli ħa l-inizjattiva li jibdel din l-attività f'waħda filantropika hekk kif organiżża mixja ta' madwar 28km b'risq Hospice Malta.



Din il-mixja mistennija tibda ċ-Ċirkewwa u tintemm fl-Għarb, fejn se jkun qiegħed iseħħ l-festival, dejjem bil-għan li titqajjem kuxjenza favur Hospice Malta.

Dawk kollha li jixtiequ jgħinu għal din il-kawża ġusta jidħlu hawn.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI