Tkompli Tikber L-Aspettattiva Għar-Raba’ Staġun Ta’ MasterChef Malta – Jirritorna Nhar Il-Ħadd 4 Ta’ Ottubru

L-istennija kważi spiċċat hekk kif MasterChef Malta se jkun qed jirritorna fuq l-iskrins Maltin bir-raba’ staġun tiegħu nhar il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru, fid-20:45 ta’ filgħaxija. Hekk kif qed toqrob id-data tal-ewwel programm, l-aspettattiva għall-istaġun il-ġdid qed tkompli tikber. Fl-aħħar jiem, diversi personalitajiet lokali rċevew rigal speċjali marbut mal-programm – sikkina ta’ MasterChef Malta.

Is-sikkina, li għandha l-isem tal-programm fuqha, żgur li mhux se tibqa’ biss bħala tifkira. Min jaf kemm minn dawk li rċevewha se jkunu qed ipoġġu l-ħiliet tagħhom fil-kċina għall-prova u jużawha biex jippreparaw xi riċetta tajba! Din l-inizjattiva kompliet tqajjem interess fuq il-midja soċjali u żżid mal-atmosfera ta’ stennija għar-ritorn ta’ wieħed mill-programmi kulinari lokali.

Ir-raba’ staġun mistenni jerġa’ jġib miegħu l-passjoni għat-tisjir, l-isfidi fil-kċina u, naturalment, il-kompetizzjoni bejn il-parteċipanti li se jkunu qed jippruvaw jimpressjonaw u javvanzaw fil-vjaġġ tagħhom f’MasterChef Malta. L-appuntament huwa għal nhar il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru, fid-20:45 ta’ filgħaxija.

Int lest għal staġun ieħor ta’ MasterChef Malta?

Ritratti:

Facebook / Masterchef Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI