L-Istorja Ta’ Qalbi Ser Tkompli B’Aktar Episodji Ġodda Minn Jannar Li Ġej Fuq L-Istazzjon Tokis!

Qalbi

L-ewwel sensiela Qalbi, bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Rikordja, tatna storja li dejjem kompliet tiżviluppa u ssir aktar intensa.

Sa issa sirna nafu ħafna affarijiet oħra dwar il-karattri, apparti li sirna nafuhom aħjar, u nafu x’inhi l-missjoni tagħhom. L-istorja sirna familjari sew magħha u sa dal-punt nafu b'ħafna mill-intriċċi li għaddejjin.

It-tim ta' Qalbi kemm-il darba jaqsam mumenti waqt il-filming ta' din il-produzzjoni segwita. Ftit ilu fakkar lit-telespettaturi u segwaċi kollha li Qalbi lest biex ikompli s-sena d-dieħla.

"Qalbi jkompli b'episodji ġodda minn Jannar li ġej fuq Tokis!," jikteb it-tim. Tgħid kif ħa jkomplu jiżviluppaw is-sitwazzjonijiet?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI