Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat qasmet il-ferħ u l-kburija tagħha wara li rat il-film Enola Holmes 3 fuq Netflix, produzzjoni li nġibdet fil-parti l-kbira tagħha f'Malta u li turi diversi lokalitajiet storiċi u xenarji spettakolari tal-gżejjer Maltin.
F'post li tellgħet fuq il-midja soċjali, hi kitbet: "Rajt il-film Enola Holmes 3 miġbud f’Malta fuq Netflix u nħossni kburija ferm b’pajjiżi.Ix-xenarju mill-isbaħ u l-film ipoġġi isem Malta fl-istorja. Proset Johann Grech u Screen Malta. U proset ukoll lill-attur Malti Joe Azzopardi li kellu parti tajba ħafna."
Maria faħħret il-ħidma ta' Johann Grech u ta' Screen Malta għall-isforzi tagħhom biex pajjiżna jkompli jattira produzzjonijiet internazzjonali, filwaqt li sellmet ukoll lill-attur Malti Joe Azzopardi għall-prestazzjoni tiegħu fil-film.
Enola Holmes 3 għandu lil Millie Bobby Brown fil-parti ewlenija u juża diversi siti storiċi f'Malta bħala sfond għall-avventura l-ġdida, u b'hekk ikompli jsaħħaħ il-profil internazzjonali tal-pajjiż bħala destinazzjoni ewlenija għall-industrija tal-films.
Facebook/ Maria La Barokka Muscat