Id-DJ Junior B magħruf l-aktar fix-xena tat-techno f’pajjiżna sellem il-memorja ta’ ommu bl-isbaħ mod possibbli permezz ta’ ritratt u erba’ kelmiet mill-qalb. Hu kiteb, “Ħadet l-aħħar nifs ta’ ħajjitha bħal llum ħames snin, kmieni fl-għodwa ta’ filgħodu.”
Hu jkompli jistqarr, “Forsi mingħajr ma’ hi kienet taf, b’ħajjitha għallmitni xi tfisser tħobb, tisma, tingħata, tagħder, tgħin, tħenn u titkellem fuq dak li temmen fih. Rajtha tbati fis-skiet, speċjalment meta tlifna lil ħija Desmond. Iżda baqgħet sakemm kienet b’saħħitha tgħix għalina.”
Hu jagħlaq il-messaġġ tiegħu, “L-għażiża ommi, li flimkien mal-għażiż missieri tawna valuri li nibqa’ ngħożż tul ħajti kollha. Strieħ fil-paċi MA.”
Daryl Cauchi – Facebook / Junior B