Bjorn Formosa fuq il-mezzi soċjali tiegħu jikteb dwar dak li t-telespettaturi ta’ Tokis raw waqt is-sensiela Il-President. Hu jikteb, “Rajtuni nirreċta? Ftit żmien ilu, l-krew ta’ Il-President ġew iżuruni, u t-Tnejn li għadda xxandar l-episodju li fih kelli sehem speċjali!”
Hu jkompli, “Kien ta’ unur li nieħu sehem, u ma nistax ma nirringrazzjax lil Pierre Portelli talli inkludiena f’din is-serje tant popolari. U ovvjament, prosit kbira lil Fabian Scerri De Carlo, li għamel interpretazzjoni brillanti ta’ Peppi Azzopardi, mhux ta’ b’xejn rebaħ l-Aqwa Attur f’Malta. Jekk għadkom ma rajtux dan l-episodju, arawh fuq GO Tokis!”
Rajtuh lil Bjorn?
Facebook / Bjorn Formosa