Joanne Camilleri taqsam din l-aħbar sabiħa mill-pjattaforma soċjali tagħha dwar l-atleta Matthew Galea Soler fejn irnexxielu jikseb rekord nazzjonali ġdid. Dan ir-rekord huwa ta’ 400 m f’46.82 sekonda!
“Grande Matthew Galea Soler!
Rekord ġdid għal Matthew Galea Soler fil-400m waqt il-World University Games fil-Ġermanja! B’ħin impressjonanti ta’ 46.82 sekondi, Matthew mhux biss kisbet rekord personali u nazzjonali, iżda wkoll ikkwalifika għas-semi finali bil-għaxar l-aħjar ħin fost il-parteċipanti kollha. Is-semi finali hija skedata għal għada filgħaxija.”
Prosit Matthew! Malta kollha warajk – inħarsu ‘l quddiem biex narawk tkompli tagħti l-aqwa tiegħek!