Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-sewgaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward rekord nazzjonali ġdid – l-iżgġar boxer fil-gżejjer Malti bl-aktar ammont ta’ snin ta’ taħriġ. Dan kisru Jouden Sarcia li għandu 10 snin.
Huma qalu, “Kif ħabbarna lbieraħ, The Malta Records preżentajna rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-iżgħar boxer fil-ġżejjer Maltin bl-iktar ammont ta’ snin ta’ taħriġ f’dan l-isport. Dan ir-rekord nazzjonali ġie mwaqqaf minn Joyden Sarcia li beda jitħarreġ il-boxing mill-età ta’ 3 snin u llum għandu 10 snin. Total ta’ 7 snin ta’ taħriġ mingħajr waqfien.”
Żiedu, “Kellna ċans nitkellmu ftit ma’ Joyden u l-familja tiegħu. Joyden jitrenja l-boxing taħt il-gwida ta’ boxers professjonali lokali. Apparti mill-inqas darbtejn taħriġ fil-ġimgħa, Joyden isib ħin biex jagħmel taħriġ waħdu fil-ġinnasju li l-ġenituri tiegħu ramawlu f’garaxx. Ħadna gost narawh litteralment jiżfen bil-ħabel li huwa importanti għall-iżvilupp tekniku tiegħu. Joyden ta’ spiss jitla’ jikkompeti barra minn pajjiżna. Il-piż finanzjarju huwa enormi biex iżomm ruħu fit.”
Qalu wkoll, “Għalhekk tajjeb li bħala pajjiż ninvestu f’kull tip ta’ sport. It-talent f’pajjiżna hemm qiegħed. Sta għall-pajjiż li ngħinu kemm nifilħu lil bosta atleti bħal Joyden.”