Is-sit Times of Malta tkellem ma’ grupp ta’ riċerkaturi mill-Università ta’ Malta li għamlu skoperta ta’ ċellula stamina li tiswa eluf.
It-tim ġie magħżul għal premju internazzjonali wara li wettaq riċerka avvanzata li tista’ tara l-futur tal-produzzjoni taċ-ċelloli staminali għall-adulti mwettqa aktar malajr u orħos, u mingħajr problemi etiċi. Fil-fatt huma kkunsidrati fost l-aħjar 10 riċerkaturi li rnexxielhom jiskopru ċelloli ta’ dan it-tip.
“It-trattament taċ-ċelloli staminali għandu vantaġġ kbir meta jindirizza mard li jara telf ta’ tisshue iżda mhux użat tant l-aktar minħabba kwistjonijiet ta’ effiċjenza.” stqarru dan mas-sit Times Of Malta.
L-aħħar parti diffiċli li fadlilhom huwa li apparti li jagħmlu dawn iċ-ċelloli aktar orħos u effiċjenti, jirnexxielhom jagħmluhom aċċessibbli għall-pubbliku. Aqra aktar HAWN.