“Riħ Mill-Majistral Mistenni Li Jonfoħ Sew Dalgħodu U Aktar Tard Jibda Jnaqqas Fejn Isir Ħafif.” – Id-Djarju Tat-Timba

Il-paġna lokali Id-Djarju Tat-Timba tikteb, “Mela wara xi jiem kif għedtilkom mirjieħa, issa nerġgħu nikkalmaw ftit. Illum mistenni jibqa’ jrewwaħ ir-riħ fuq.”

Huma jispjegaw, “Riħ mill-Majjistral mistenni li jonfoħ sew dalgħodu u aktar tard jibda jnaqqas fejn isir ħafif. Għandna jumejn fejn jilgħab lejn ir-riħ isfel imma xejn ta’ barra minn hawn. Milli jidher ukoll li hemm xi erbgħa t’ijiem sew li se jerġa’ jdur riħ fuq imma jkun moderat u frisk.”





Ma’ dan iżidu, “Fil-fatt it-temperaturi jidhru li mhumiex se jaqbżu t-32° għalkemm sa nofs id-dieħla. Moħħkom hemm speċjalment fejn il-baħar.”

Żgur li r-riħ frisk tana pawża mit-temperaturi sħan li ħakmu lil pajjiżna fl-aħħar ġimgħat. Jidher li t-temp se jerġa’ jisħon u dak li jkun jista’ jerġa’ jgawdi ftit il-baħar u s-sajf kif suppost.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI