“Eliza Grazzi Li Għamiltni Persuna Aħjar.” – Julia Farrugia Tawgura Lil Bintha Li Għalqet 13!

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qasmet mument personali u emozzjonanti hekk kif bintha Eliza għalqet 13-il sena, u uffiċjalment daħlet fl-età tat-teenagers.

F’messaġġ mimli mħabba, Julia Farrugia kitbet kif proprju 13-il sena ilu għaddiet mill-istess biżgħat li jgħaddi minnhom kull ġenitur meta jkun se jilqa’ tarbija fid-dinja.



“Bħal-lum 13-il sena ilu bħal kull ġenitur ġiet il-biża’ ta’ jekk hux se jmur kollox sew u jekk hux se nkun kapaċi nrabbi b’mod tajjeb,” kitbet il-Ministru.



Hija rringrazzjat lil bintha talli, kif stqarret hi stess, għamlitha persuna aħjar matul is-snin. Fl-istess messaġġ, Julia Farrugia awgurat “Happy birthday” lil Eliza filwaqt li b’ton umoristiku ammettiet li issa trid tibda tipprepara ruħha għall-fażi l-ġdida ta’ teenager fid-dar.

Il-kitba ġabet magħha ħafna kummenti ta’ awguri u messaġġi sbieħ minn segwaċi u ħbieb tal-familja, li ngħaqdu biex jawguraw lil Eliza f’dan il-jum speċjali.



Ritratti:

Facebook / Julia Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI