SouthBeat Music Festival – Lejla Ta’ Mużika U Solidarjetà B’Risq Puttinu Cares

Is-Southbeat Music Festival se jkun qed jiġbor taħt saqaf wieħed uħud mill-aqwa artisti lokali għal serata mimlija divertiment, mużika live u atmosfera mill-isbaħ, kollha b’għan wieħed biex jinġabru fondi b’risq Puttinu Cares. Organizzat minn Two Twenty Two Group, il-festival iwiegħed esperjenza memorabbli fejn il-komunità tingħaqad flimkien għal kawża tassew importanti.

L-avveniment se jsir nhar is-Sibt 9 ta’ Mejju ġewwa Wied il-Buni, bil-programm jibda mis-19:00 ’il quddiem. Fuq il-palk se jitilgħu diversi artisti popolari fix-xena mużikali Maltija, fosthom Claudia Faniello flimkien mal-band tagħha, SterjoTipi u Big Band Brothers Electro Set flimkien ma’ Matthew James. Kull artist se jkun qed iġib miegħu stil differenti sabiex joffri programm varjat li jolqot il-gosti ta’ kulħadd.



Il-lejla se tkun immexxija mill-preżentatur magħruf Ron Briffa, li se jżomm l-enerġija għaddejja tul il-festival kollu. Dawk li jattendu se jsibu wkoll diversi stands ta’ ikel u xorb biex igawdu serata rilassata f’ambjent sabiħ u familjari.



Id-dħul huwa kompletament mingħajr ħlas, u l-organizzaturi qed iħeġġu lill-pubbliku sabiex jattendi bi ħġaru u jagħti s-sehem tiegħu permezz tal-appoġġ għal din l-inizjattiva. Il-fondi kollha miġbura se jmorru għal Puttinu Cares, li tkompli tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ pazjenti Maltin u l-familji tagħhom waqt trattament barra minn Malta.

Southbeat Music Festival se jkun aktar minn sempliċi kunċert – se jkun mument ta’ għaqda, solidarjetà u ċelebrazzjoni tal-komunità permezz tal-mużika.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI