Wara 8 Xhur Ta’ Kura, Wasal Il-Mument Li Zdian Idoqq Il-Qanpiena – Puttinu Cares

Mument li diffiċli jitfisser bil-kliem għal Zdian Grech Falzon, żagħżugħ ta’ 15-il sena li llum għadda minn wieħed mill-aktar mumenti sbieħ fil-vjaġġ tiegħu.

Wara tmien xhur ta’ trattament, Zdian seta’ jdoqq il-qanpiena li timmarka t-tmiem ta’ dan il-kapitlu importanti, mument li kien mimli emozzjoni, ferħ u, fuq kollox, tama. Puttinu Cares qasam l-aħbar sabiħa, filwaqt li awgura lil Zdian l-aqwa saħħa u futur mimli hena, opportunitajiet u ħolm li jsir realtà.

Il-qanpiena li daqqet illum mhijiex sempliċement qanpiena, imma għal Zdian u għal dawk kollha li kienu maġenbu, hija simbolu ta’ kuraġġ, saħħa u ta’ pass ġdid lejn ġranet isbaħ.

Minn qalbna, nifirħu lil Zdian! Jalla minn hawn ’il quddiem jibda kapitlu mimli tbissim, saħħa u memorji sbieħ.

Ritratt:

Facebook/Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI