Rita Farrugia – 42 Sena Taħdem Il-Bizzilla B’Dedikazzjoni U Mħabba Kbira

Rita Farrugia ilha taħdem il-bizzilla minn meta kellha biss 13-il sena fejn għal dawn l-aħħar 42 sena, hi kompliet tirfina din is-sengħa b’dedikazzjoni kbira hekk kif ta’ kuljum tqatta’ sigħat taħdem il-bizzilla.

Waqt intervista bħala parti mill-kampanja ‘Insawru l-Identità Tagħna’ mtella’ mill-Aġenzija Identità, Rita spjegat kif id-dispjaċir tagħha dejjem jibqa’ wieħed – dik li din is-sengħa tispiċċa tmut jekk it-tfal tagħna ma jurux interess fiha u għalhekk kif jibdew igerbu s-snin kull ma jifdal jkun ix-xogħol li nħadem fil-passat.

Spjegat kif is-sengħa tal-bizzilla hi ferm għal qalbha, u tieħu gost toqgħod tara xogħol ta’ ħaddieħor tal-passat fejn illum il-ġurnata, l-esperjenza għalmitha anke tgħaraf xogħol minn xogħol, u anke tidentifika jekk biċċa xogħol inħadmitx mill-istess id.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI