Ruma qed jikkunsidraw li jintroduċi tariffa ta’ €2 għal dawk li ma jgħixux hemm, li jixtiequ jżuru ż-żona t’isfel tal-Funtana di Trevi. Din il-miżura, li tista’ tidħol fis-seħħ minn Settembru 2025, li tinkludi wkoll sistema ta’ slots ta’ 30 minuta biex tiġi kkontrollata aħjar il-folla f’dan il-post turistiku tant popolari.
Għal min jixtieq igawdi Ruma b’mod aktar rilassat, l-aħjar żmien biex iżur il-belt hu bejn Novembru u Marzu. Matul dan l-istaġun baxx, il-belt tkun inqas iffullata u t-temp ikun għadu pjaċevoli.
Barra minn hekk, bil-VisitRomePass tista’ taqbez l-kjuwijiet f’attrazzjonijiet ewlenin, u tgawdi trasport pubbliku bla limitu. B’dan il-pass, il-vjaġġ tiegħek f’Ruma jkun aktar komdu, organizzat u mingħajr stress.
Taqblu ma’ din il-miżura li qed tiġi kunsidrata?