"Sa Tmiem Ix-Xahar Ma Jidhirx Li Hemm Xita Sinifikanti U Mifruxa… Il-Pajjiż Taffa L-Għatx, Iżda Dan Ma Jdumx Ma Jerġa' Jerfa' Rasu. "

Il-paġna Maltese Islands Weather għadha kemm tat spjegazzjoni fid-dettall dwar il-bżonn tal-ilmijiet tax-xita f’pajjiżna u ċ-ċans li nerġgħu nkunu neqsin minnu sfortunatament.

“Il-widien tbattlu u l-għelieqi reġgħu jistgħu jinħadmu. Fejn hemm id-digi (dams), l-ilma qed jonqos ukoll. Dan jixhed kemm konna fil-bżonn tax-xita li għamlet. Sa tmiem ix-xahar ma jidhirx li hemm xita sinifikanti u mifruxa bħal ma kellna. Il-pajjiż taffa l-għatx, iżda dan ma jdumx ma jerġa jerfa rasu. Jekk Novembru 2024 jispiċċa bil-medja nazzjonali ta’ bħalissa (82.5) jitqies bħala aktar niexef minn normal u nerġgħu nibdew naqgħu lura. Nittamaw li s-sitwazzjoni terġa turi ftit bidla ma ddumx.”

Nistennew aktar aġġornamenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI