Sal-aħħar tal-2022, is-settur turistiku f’Malta – li skont il-Kunsill Dinji tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu jikkontribwixxi għal 27.1% tal-Prodott Domestiku f’pajjiżna (PGD) mistenni jirkupra qrib il-livelli ta’ qabel il-pandemija fl-2022, skont it-tbassir tax-xitwa mill-Kummissjoni Ewropea.
Huma qed ibassru wkoll li l-ekonomija ta’ Malta se tikber b’4.5% fl-2021, ir-raba’ l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. It-tbassir, maħruġ illum. Dan jawgura tajjeb għal pajjiżna, speċjalment meta ħafna industrija, direttament jew indirettament ġew affettwati minħabba li naqas u ġie kważi ineżistenti t-turiżmu f’pajjiżna.
X’taħseb dwar dan kollu? Taħseb li l-previżjonijiet huma realistiċi u pajjiżna ħa jilħaq dawn il-miri?