“San Alwiġi Gonżaga… Huwa Miet Fl-Età Tenera Ta’ 23 Sena” – Arċdjoċesi Ta’ Malta

Il-paġna tal-Arċdjoċesi ta’ Malta kitbet dwar San Alwiġi Gonżaga u kif hu jfakkarna biex ngħixu bi skop.

Spjegaw, “San Alwiġi Gonżaga, Ġiżwita li għex fis-16-il seklu, huwa meqjus bħala l-qaddis patrun taż-żgħażagħ. Twieled f’familja nobbli fl-Italja, iżda ċaħad il-ġid u t-titli bl-għan li jsegwi lil Kristu. Fiż-żmien tal-pesta, Alwiġi impenja ruħu li jgħin lill-morda, anke jekk dan poġġa ‘l saħħtu fil-periklu. Huwa miet fl-età tenera ta’ 23 sena. Il-fidi u l-qlubija tiegħu juruna li l-qdusija m’għandhiex età jew bżonn ta’ titli. Tirrikkjedi biss qalb sħiħa miftuħa għall-imħabba t’Alla. Dan il-qaddis ifakkarna llum biex ngħixu bi skop, bi Kristu fiċ-ċentru ta’ qlubna, u biex inkunu t’għajnuna għal ħaddieħor bil-ferħ.”

Nitolbu lil San Alwiġi Gonżaga biex iħarisna.





Facebook / Archdiocese of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI