Jekk issegwi lil Sarah Zerafa fuq Instagram mela taf żgur li fuq xufftejha għandha tiċrita li baqgħetilha marka. L-inċident kien seħħ snin ilu meta kelb kien ħatfilha wiċċha u ċarrtilha xufftejha u b’riżultat baqgħet il-marka. Sfortunatament, Sarah jidher li tirċievi l-kritika dwar din il-marka.
View this post on Instagram
Fuq il-midja soċjali, Sarah stqarret: “Spiss niġi mistoqsija minn diversi surgeons jekk irridx inneħħi l-marka tiegħi, niġi rrifjutata minn ditti talli għandi marka f'wiċċi, niġi mistoqsija minn fotografi jekk hux tajjeb għalihom biex ineħħuha bil-photoshop. U t-tweġiba tiegħi hija dejjem sempliċi ħafna: ‘AĦNA ĦAFNA AKTAR MILL-MARKI TAGĦNA.’”
View this post on Instagram
X’inhi din l-ossessjoni dwar il-perfezzjoniżmu? X’hemm ħażin billi mudella u influencer taċċetta marka bħal dik bħala parti minnha?
Instagram/sosazerafa