Hekk kif fadal biss l-aħħar ftit sigħat sabiex tasal fi tmiemha l-fażi tal-votazzjoni tal-elezzjoni ġenerali li tinsab għaddejja bħalissa f’pajjiżna, il-Kummissjoni Elettorali għadha kif ħarġet stqarrija fejn ħabbret li sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, medja ta’ 43.59% f’kull distrett ivvotat.
Skont iċ-ċifri li huma ippublikaw, il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-votazzjoni f’kull distrett individwali kienet hekk:
- L-Ewwel Distrett: 47.30%
- It-Tieni Distrett: 43.39%
- It-Tielet Distrett: 42.39%
- Ir-Raba’ Distrett: 44.41%
- Il-Ħames Distrett: 43.22%
- Is-Sitt Distrett: 42.70%
- Is-Seba’ Distrett: 42.64%
- It-Tmien Distrett: 46.46%
- Id-Disa’ Distrett: 46.02%
- L-Għaxar Distrett: 42.58%
- Il-Ħdax-il Distrett: 42.87%
- It-Tnax-il Distrett: 39.76%
- It-Tlettax-il Distrett: 42.95%
Pexels