Il-kumpanija tal-avjazzjoni Emirates għadha kif ħabbret li qed tfittex biex timpjega mat-3,000 cabin crew u 500 ħaddiema tas-servizzi fl-ajruport. Dawn ser ikunu qed jingħaqdu mal-kumpanija għas-sitt xhur li ġejjin.
F’dawn is-sitt xhur il-kumpanija ser tkompli topera lejn 120 destinazzjoni fit-titjiriet minn Malta għal Dubai. Ser jibda jkun hemm tliet titjiriet fil-ġimgħa.
Il-linja tal-ajru ttir lejn ‘il fuq minn 120 belt, li jirrappreżentaw 90% tal-postijiet li kienet tivvjaġġa lejhom qabel il-pandemija, u qed tippjana li topera lejn 70% tal-kapaċità tagħha sa tmiem is-sena, inkluż li ġġib lura aktar mill-ajruplani A380 fis-servizz.
Aktar dettalji għandhom jiġu ppubblikati ‘l quddiem, jew tista’ taġġorna ruħek fuq is-sit uffiċjali.

Emirates bdiet kampanja ġdida biex issib 3,000 cabin crew u 500 ħaddiema fis-servizzi tal-ajruport