“Se Nagħtu Bidu Għal Programm Ta’ Xogħlijiet Infrastrutturali F’4 Toroq Residenzjali Ġewwa L-Fgura” – Infrastructure Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Infrastructure Malta żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati hekk kif xi toroq ġewwa l-Fgura ser isir fihom xogħol infrastrutturali.

Huma qalu, “Il-ġimgħa d-dieħla, l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2026, se nagħtu bidu għal programm ta’ xogħlijiet infrastrutturali f’4 toroq residenzjali ġewwa l-Fgura. Se nibdew il-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Ġiżimina, u nkomplu għal Triq il-Ħuttafa, Triq is-Sardinella u Triq San Mikiel. Partijiet minn dawn it-toroq jistgħu jkunu magħluqa waqt dawn ix-xogħlijiet. Ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel u segwi t-tabelli minn fuq il-post. Grazzi tal-koperazzjoni.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI