"Se Nkun Qed Niġri L-Ewwel Maratona Sħiħa… Mhux Sempliċiment Għalija Nnifsi, Imma Għal Dawk Li M’Għandhomx Il-Ħin" – Keith Demicoli

Keith Demicoli għadu kemm ħabbar fuq il-midja soċjali li ser ikun qed jagħti sehmu f’maratona sħiħa ġewwa Londra, b’risq Hospice UK. F’kitba li ppubblika huwa jesprimi l-ħsibijiet tiegħu biex iwettaq dan il-ġest.

“‘Għandna ħin.’ Hekk bqajt ngħid lili nnifsi meta missieri nstabitlu marda serja. Kien fadlilna ħin biex nitkellmu, ħin biex nidħku, ħin biex ngħożżu l-affarijiet żgħar. Imma hekk kif għaddew il-ġranet, indunajt li mhux iż-żmien biss jgħodd il-mumenti.”

Keith iħabbar li f’April li ġej ser ikun qed jagħti sehmu f’maratona sħiħa, l-ewwel waħda tiegħu. “Fis-27 ta’ April 2025, ser inkun qed niġri l-ewwel maratona sħiħa. Ser niġri l-Maratona ta’ Londra. Mhux għalija nnifsi biss, imma għal dawk li m’għandhomx il-ħin. Qed niġri għal Hospice UK, għax kulħadd jistħoqqlu dinjità, kumdità u kura fl-aħħar kapitlu tal-ħajja.”





Jixtieq li kull min jinsab fil-bżonn, ikun jista’ jesperjenza l-imħabba, jinħeles mill-uġigħ, u jkollu d-dinjità li jixraqlu. Hospice UK qed jappoġġja u jieħu ħsieb sa 300,000 persuna kull sena. L-għajnuna tagħna tista’ tagħmel differenza.

Keith isemmi li ser ikun qed jidħol għal sfida, maratona sħiħa ta’ 42.2 kilometri, bit-taħriġ kollu li hemm bżonn. Jonqos id-donazzjoni tal-pubbliku.

“Kull donazzjoni (kbira jew żgħira) tagħmel differenza. Ifisser aktar sodod għal Hospice, aktar appoġġ għall-familji, aktar dinjità għal dawk li l-aktar għandhom bżonnha.”

Jekk tixtieq tgħin lil Keith għall-isfida li ser jidħol għaliha, agħfas HAWN biex tagħti donazzjoni.



Keith Demicoli Fl-artiklu

Facebook/ Keith Demicoli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI