L-aħbar li ħalliena Oliver Friggieri ħallietna nifhmu kemm dan ir-raġel kien kbir u kemm għandna nfakkruh. Illum Justin Schembri li hu Minority Leader u kunsillier f’Birkirkara ser ikun qed jiproponi mozzjoni biex jibqa’ mfakkar dan il-leġġenda. L-idea ta’ Justin hi li titwaħħal plakka mal-faċċata tad-dar fi Triq Fleu De Lys li fiha għex dan il-Poeta għal kważi 50 sena.
Din ser tkun qed tfakkar il-ħajja tiegħu. Justin jirringrazzja lil bint Friggieri, Sa. Sara Brincat Friggieri għall-kollaborazzjoni tagħha.