Shawn Mifsud se jkompli jservi bħala xempju tar-reżiljenza u d-determinazzjoni, hekk kif minkejja li madwar 3 snin ilu tilef saqajh u jdejh it-tnejn, hu xorta għada se jilqa' l-isfida li jgħum mill-gżejjer ta' San Pawl sa Gillieru. Dan bil-għan li jiġbor il-fondi b'risq Puttinu Cares.
Hu mistenni jibda l-għawma għada fl-10:00 u qed jantiċipa li se jdum madwar siegħa u nofs sabiex itemm b'suċċess din l-isfida.
"Ftakar li filwaqt li inti qed tgawdi s-sajf mal-familja tiegħek, ħaddieħor għadu għaddej bil-kura tal-kanċer," saħaq Shawn fejn ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jagħti donazzjoni ħalli din l-inizjattiva tkun waħda ta' suċċess.
Jidher li l-għawma se tkun qiegħda tixxandar b'mod dirett għada fuq il-profil ta' Shawn u martu Graziana. Kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista' jagħmel dan permezz ta' Revolut fuq +356 9929 8024.
Prosit, Shawn!
Facebook / Shawn u Graziana Mifsud