"Sejħa Pubblika Għal Artisti Emerġenti Kif Ukoll Stabbiliti… Ser Ikun Offrut Rinumerazzjoni Ta’ €1,200" – Aqra Aktar Dwar Dan

Kwarta Tajba hija attività mużikali organizzata mill-Kunsill Reġjonali ta’ Nofsinhar ta’ Malta bl-ewwel edizzjoni tas-sena 2021 ser tigi organizzata ġewwa Ħaż-Żebbuġ; bil- kollaborazzjoni tal-Kunsill lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.





Għal dan il-għan qed nagħmlu sejħa pubblika għal artisti emerġenti kif wkoll stabbiliti fosthom mużiċisti u kompożituri sabiex flimkien ma’ artisti oħra mix-xena performattiva jisottomettu l-proposti tagħhom għal din l-attività.

Kwarta Tajba ser ikun Festival kompetittiv mifrux fuq jumejn, nhar il-Ġimgħa 17 u s-Sibt 18 ta’ Settembru mit-8 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Bħalma jindika l-isem ta‘ din l-attività qed nagħtu opportunità sabiex nirċievu sottomisjonijiet ta’ proġetti; innovattivi, interattivi, u esklussivi sad-data tal-attività; magħmula minn mużika oriġinali u ideat oħra kreattivi miġbura fi Kwarta, 15-il minuta.

Ta’ min ikun jaf li nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar 2021 fis-7.30pm ser tkun orġanizzata sessjoni ta’ informazzjoni onlajn. Kull proġett magħżul ser ikun ofrut rinumerazzjoni ta’ €1,200. Is-Sottomisjonijiet jistgħu jiġu sottomessi sas-Sibt 20 ta’ Marzu 2021 f’Nofsinhar.

Għal aktar informazzjoni segwi l-paġna uffiċjali HAWN



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI