“Sena Ilu, Kien Għad Kelli X-Xagħar, Stajt Nimxi U Nilgħab Ma’ Binti… Illum Għaddejja Minn Infern!” – Ingrid Sammut

Ingrid Sammut titkellem dwar l-isfidi li ilha taffaċja matul dawn l-aħħar sena fil-ġlieda tagħha kontra l-kanċer. Hi ssemmi kif sa sena ilu kien għad kellha l-abbiltà li timxi, tiżfen u anke tilgħab ma’ bintha, iżda madankollu tistqarr b’diqa li llum m’għadhiex tista’ tagħmel dan.

“Kien għadni ma ngħatajtx kimoterapija u ma kienx għadni għamilt l-ebda operazzjoni,” tisħaq Ingrid dwar sena ilu li tistqarr ukoll li madankollu kienet għadha ma tafx kemm taf tkun bniedma kuraġġjuża.

Ingrid tiżgura lin-nies li minkejja li tħossha muġugħa u għajjiena, madankollu qatt mhija se taqta’ qalbha u se tibqa’ tiġġieled b’kuraġġ ta’ sur.

“Illum ninsab għaddejja mill-infern, tlift l-indipendenzà tiegħi u saħansitra qed nitlef id-dawl t’għajnejja wkoll,” tispjega Ingrid.

Hi tisħaq li qed taqsam din it-tbatija sabiex isservi ta’ ispirazzjoni għal dawk kollha li jinsabu għaddejjin minn kwalunkwe forma ta’ tbatija u turihom li jekk wieħed jagħraf ikun kuraġġjuż jista’ jegħleb kull sfida.





Prosit u kuraġġ, Ingrid!

Ritratti: Facebook / Ingrid Sammut



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI