“Sena Oħra X’Niċċelebraw U Nħossni Fortunata Li Qed Nqattaha Miegħek” – Michela Farrugia Pace

Illum huwa għeluq snin Daniel Farrugia, r-raġel tal-kantanta Michela Farrugia Pace. Hi kitbitlu kelmtejn verament sbieħ fuq Facebook.

“Awguri f’għeluq il-25 sena tiegħek għażiż raġel,” hi kitbet.

“Sena oħra ta’ ħajtek biex niċċelebraw u nħossni tant fortunata li qed inqattaha miegħek. Li nkun maħbuba minnek, u li nħobbok lura, huwa l-akbar rigal li qatt nista’ nitlob.”

“Ninsab kburija ħafna b’dak kollu li ksibt, u saħansitra aktar grata li nista’ nimxi fil-ħajja maġenbek. Nawguralek sena oħra li nikbru flimkien u noħolqu memorji li jibqgħu. Inħobbok.”





Facebook / Michela Farrugia Pace



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI