Lill-kantant Antoine Crowley-Farrugia ilna narawh fix-xena lokali tal-mużika minn snin ilu, meta kien jieħu sehem fost l-oħrajn fil-Junior Eurovision. Lil Antoine rajnieh anke jaħdem l-irwol ta’ attur waqt produzzjonijiet bħal It-Tfal.
Antoine qed jgħix barra minn xtutna fi Swansea fl-Ingilterra, fejn hemm kompla bl-istudji u l-karriera tiegħu. Hu kiteb kelmtejn għal żewġu f’għeluq is-sentejn minn meta qalu s-signor si.
“Sentejn għaddew u mħabbti lejk tibqa’ tikber kuljum. Awguri fl-Anniversarju Andrew. Inħobbok!,” jikteb Antoine. Xerred żewġ ritratti tagħhom flimkien b’wieħed minnhom propju fil-ġurnata meta qalu s-signor si.
Awguri mill-qalb Antoine u Andrew!