Ryanair qed tagħmel xi bidliet ewlenin għas-sena l-ġdida. Il-linja tal-ajru mega low-cost mistennija tnaqqas madwar tliet miljun seat fl-2026, inklużi xi rotot ewlenin fil-Ġermanja, Spanja, Belġju, Portugall u Malta.
Hu mistenni li l-linja tal-ajru tespandi f’rotot oħrajn, billi tniedi wħud ġodda fir-Renju Unit, fil-Finlandja u fl-Italja. Rotta bejn Malta u Niš, is-Serbja se titwaqqaf din is-sena.
Ryanair se tnaqqas numru ta’ rotot madwar il-Bosnja u s-Serbja, inkluż titjiriet li jitilqu kull ġimgħa minn Banja Luka.
Dan huwa prinċipalment biex jiġu riallokati r-riżorsi għal żoni b’domanda dejjem tikber fis-sajf, bħall-Kroazja.
Facebook/ Ryanair