Il-gvern jiddikjara li l-ewwel skema ta’ vawċers kienet kruċjali sabiex in-negozji jissaħħu, għalhekk, aktar vawċers se jkunu qed jiġu mqassma bħala waħda mill-miżuri tal-Baġit 2021.
Waqt attività politika li ttelgħet fl-Imdina dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li għada, waqt il-baġit, se tkun qed titnieda skema oħra ta’ vaċwers, bil-għan li n-negozji Malti jieħdu spinta oħra.
Hu ma daħalx f’dettal dwar din l-iskema u b’hekk għadu mhux magħruf l-ammont ta’ vawċers li se jkunu qed jitqassmu u l-mod kif se jkunu jistgħu jintużaw.
Times of Malta