Waqt ir-raba' staġun ta' MasterChef Malta l-vjaġġ ikompli għaddej ġmielu, u bdejna naraw il-kapaċitajiet tal-parteċipanti ta' din is-sena. Parti mill-programm iżda twassal lil xi ħadd mill-parteċipanti biex jiġi eliminat. Ilbieraħ kien imiss lil Michael.
"Illejla, insellmu lil Michael. Għalkemm iż-żmien tiegħu fil-kċina ta’ MasterChef Malta wasal fi tmiemu, aħna kuntenti li kellu l-opportunità jaqsam magħna l-passjoni tiegħu għall-ikel. Nawgurawlek l-isbaħ xewqat, Michael!"
Bosta kkummentawlu fil-post ta' Facebook li xerrdu MasterChef Malta. Nawguraw lil Michael kull suċċess fil-futur!