L-AAA esprimew r-rabja tagħhom wara li sa lbieraħ stess sabu kelba fi stat abbandunat b’għajn minnhom qed tagħma, wħud minn snienha mkissrin u saħansitra infezzjoni fil-ġilda tagħha minħabba l-ħmieġ.
“Affaxxinanti kemm hawn min ma jimpurtahx mill-annimali,” saħqet l-AAA b’diżappunt li żgurat li issa se jkunu qiegħdin jieħdu lil din il-kelba taħt il-ħarsien tagħhom u se jaraw li tingħata l-għajnuna li għandha bżonn.
“Din il-kelba għandha ż-żmien imma l-qagħda inaċċettabli li tinsab fiha m’għandu xejn x’jaqsam mal-età tagħha iżda minħabba l-abbandun ta’ dawk li suppost kienu qed jieħdu ħsiebha,” kjarifikat l-għaqda li tgħin diversi annimali li jsibu rwieħhom abbandunati.
Prosit lill-AAA!
Ritratti: Facebook / Association for Abandoned Animals (AAA)