Sitt snin ilu, Malta qamet maħsuda u mnikkta bil-mewt tal-attriċi veterana Mary Rose Bonello li kellha 80 sena.
Hi kienet magħrufa l-aktar għan-Nanna Katrin fis-serje televiżiva Simpatici. Iżda oħrajn żgur jiftakruha bħala Rożi, fis-serje Wenzu u Rozi ta’ George Zammit li kien ukoll irwol maħbub ħafna.
Hi kienet ħadet sehem ukoll fi produzzjonijiet internazzjonali, inklużi Clash of the Titans, Agora u Sinbad.
Hawn wieħed jista' jgawdi kanzunetti li nkitbet biex isellem il-memorja ta' Mary Rose, kanzunetta b'lirika ta' Clifton Casha, mużika ta' Mark Spiteri Lucas u interpretazzjoni ta' Hermann Bonaci.
Aħna f'isem Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' Mary Rose Bonello.
Facebook / Carmelo Mizzi