Janet Zahra Walker qasmet mas-segwaċi tagħha storja li xxukkjatha, u kompliet tikkonofermalha l-bżonn ta’ iżjed għarfien dwar l-MS.
Hi kitbet, “Ilbieraħ irċevejt messaġġ li ħallieni bla kliem. Raġel li kien qed jgħix bl-uġigħ għal żmien twil qalli xi ħaġa li vera xxukkjatni. Waqt li kien għand it-tabib, skopra li l-mediċina li qed jieħu hija għall-MS. Imma ħadd qatt ma kien qallu li għandu l-MS. Hu ssusspetta biss wara li ra xi posts tiegħi dwar is-sintomi li nesperjenza, li kien ilu jħoss għal snin twal.”
It-tabib qallu, “Qiegħed fuq il-mediċina tal-MS… xi ħadd sablek din id-dijanjosi, anke jekk ma qallekx.”
Janet spjegat li hi tqajjem l-għarfien dwar MS għax għalkemm l-MS taf tkun invisibbli għal ħaddieħor, qatt ma tkun invisibbli għal min ikollu jgħix biha. Filfatt hi anke ż-żraben iweġġgħuha u għal ħafna snin ma setgħetx tifhem għalxiex, sakemm irrealizzat li ma kienx iż-żarbun iżda l-MS.
Żiedet tgħid li jekk ġismek qed jgħidlek li xi ħaġa mhix f’posta, isma’ minnu. U jekk xi ħadd jiftaħ qalbu miegħek dwar dan l-uġigħ, isimgħu. L-MS mhix dejjem ovvja, iżda hija reali ħafna.
Facebook / Janet Zahra Walker