In-narratriċi fuq il-paġna Ftit Minn Kollox spiss tikteb dwar il-ħajja u llum hi fetħet qalbha dwar x’kienet temmen qabel u kif id-dinja dawwritilha ħsiebha.
Hi spjegat, “Jien kont it-tip ta’ persuna li lest naqsam l-oċean għal xi ħadd li lanqas biss kien jaqsam it-triq għalija. Skużajt ruħi anke meta ma kont għamilt xejn ħażin. Tbissimt u sellimt lil min dejjem dawwar wiċċu n-naħa l-oħra meta jinnutani. Domt ħafna biex indunajt li ma kinux l-oħrajn li kienu qed jagħmluni mdejjaq jew diżappuntat. Kien it-twemmin żbaljat tiegħi li kulħadd għandu l-istess qalb tiegħi.”
Paragrafu li minkejja li huwa qasir jesprimi emozzjonijiet kbar li ħafna li jkollhom qalb tajba jgħaddu minnhom.
Facebook / Ftit minn kollox