Id-dekan tal-Università ta’ Malta, Andrew Azzopardi tkellem dwar suġġett pjuttost delikat iżda li fl-istess ħin isostni li mhux qed jingħata biżżejjed attenzjoni. Sfortunatament, dan is-suġġet huwa dwar l-ammont ta’ suwiċidji li qed ikun hawn.
“Smajt b’tal-inqas 3 persuni li f’dawn l-aħħar ġranet temmew ħajjithom” hu kiteb fuq il-profil tal-Facebook tiegħu. “U nibqgħu ċassi ċassi.”
Din kienet kritika diretta dwar kif is-saħħa mentali mhi qed tingħata l-ebda prijorità mill-awtoritajiet u kif bħala soċjetà, suġġett bħal dan għadu tabù.
Jekk tħoss li għandek bżonn l-għajnuna, tista’ tagħmel kuntatt fuq 1770.
Facebook/Andrew Azzopardi