Illum isem Malta ser jerġa’ jissemma fil-Vatikan hekk kif illum Mario Grech ser ikun qed jinħatar b’mod uffiċjali Kardinal mill-Qdusija Tiegħu Papar Franġisku. F’messaġġ li kiteb hu stess, Mario appella lill-Maltin u Għawdxin biex jitolbu għalih, “Nixtieq li l-ispirtu pożittiv li nħass f’dawn il-jiem jinbidel f’talba għalija biex fid-dgħufija tiegħi nkun għodda tajba”.
B’sens ta’ umiltà, qall li baqa msaħħar bir-reazzjoni ta’ ġensna għat-tħabbira li għamel il-Papa Franġisku meta ħabbar li kien ser jagħmlu kardinal. “Smajt mhux ftit jgħidu li bkew bil-ferħ meta fuq fomm il-Papa semgħu l-isem ta’ wieħed minn ħuthom!”.
Il-Kardinal Grech qal li ladarba l-Papa ftakar fina …”ifisser li, minkejja ċ-ċokon tagħna, jaf bina u jġibna!”. Il-Kardinal Malti ikompli jħeġġeġ biex lkoll nagħtu widen għall-isqfijiet ta’ Malta għax dawn huma, “garanzija biex ma niżbaljawx meta rridu nagħrfu dak li l-Ispirtu jrid jgħid lill-Knejjes miġbura f’Malta u Għawdex”.
Kliem sabiħ u għaqli, jekk tixtieq taqra l-messaġġ kollu tista’ tagħmel dawn hawn isfel;