Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-attur lokali Sonic J u Dinahlee qalu iva lil xulxin f’ċerimonja intima. Iċ-ċerimonja, kienet waħda mimlija emozzjoni u mħabba.
Dinahlee dehret fi libsa eleganti b’kulur partikolari, filwaqt li Sonic J libes suit interessanti mmens li fiha wera l-personalità tiegħu. It-tnejn dehru radjanti u ferħanin waqt li qalu l-wegħdiet tagħhom quddiem dawk li jħobbuhom l-iktar.
Il-koppja, li ilha flimkien għal diversi snin, huma magħrufa għax-xogħol tagħhom fix-xena artistika lokali. L-aħbar taż-żwieġ tagħhom ġiet milqugħa b’ħafna ferħ u messaġġi ta’ awguri fuq il-midja soċjali.
Awguri lil Sonic J u Dinahlee għall-ħajja l-ġdida flimkien!