“Strieħ Fis-Sliem Ħabib” – L-MP Carlos Zarb Isellem Il-Memorja Ta’ Martin Gatt

B’niket u sogħba, l-MP Carlos Zarb qasam il-messaġġ tiegħu  fuq il-midja soċjali hekk kif sar jaf bil-mewt ta’ Martin Gatt, persuna li skontu, kellha sehem importanti fil-mixja politika tiegħu.

Fil-messaġġ tiegħu, Zarb fisser ix-xokk li ħass malli rċieva l-aħbar. Huwa fakkar li Martin kien fost l-ewwel persuni li ħeġġewh jikkontesta l-elezzjoni ġenerali u li kien ta’ spalla għalih matul il-kampanja kollha.

Zarb semma wkoll il-kontribut ta’ Martin lejn il-lokalità tagħhom permezz tal-ħidma tiegħu bħala impjegat tal-kunsill lokali. “Strieħ fis-sliem ħabib,” kiteb Zarb, filwaqt li wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Martin f’dan il-mument diffiċli.

Min-naħa tagħna nibagħtu l-kondoljanzi lill-familjari u lil dawk kollha li kienu jafuh. Strieħ fis-sliem, Martin.

Ritratt:

Facebook/ Carlos Zarb

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI