Oliver Scicluna qasam messaġġ fuq il-midja soċjali li xtaq li kemm jista' jkun jasal. Hu appell biex isibu għalliema tas-sewqan li jistgħu joffru s-servizz tagħhom adattat għal persuni b'diżabiltà
"Qed infittxu għalliema tas-sewqan li jkunu interessati jgħallmu persuni b’diżabilità jsuqu karozza b’mod adattat għall-bżonnijiet tagħhom, sabiex eventwalment ikunu jistgħu jiksbu l-liċenzja tas-sewqan. Naf kemm il-karozza għenitni nsir aktar indipendenti, u l-Aġenzija qed tagħmel dak kollu possibbli biex din l-opportunità tingħata lil kemm jista’ jkun persuni b’diżabilità."
Oliver jindirizza lill-pubbliku biex joffri l-kontribut tiegħu jekk jafu lil xi ħadd li jista’ jkun interessat, jew billi jxerrdu dan il-messaġġ.