L-Arċidjoċesi Tifraħ Lil Dun Bernard Micallef Għall-Ħidma Ta’ kappillan ġdid Fil-Parroċċa Tal-Lunzjata

Dun Bernard

L-Arċidjoċesi ta' Malta għadha kemm ippubblikat post fejn fiha tifraħ lil Dun Bernard Micallef hekk kif ħa jibda l-ħidma tiegħu ta' Kappillan ġewwa Ħal Balzan.

"Nifirħu lil Dun Bernard Micallef fil-bidu tal-ħidma pastorali tiegħu bħala kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Lunzjata f'Ħal Balzan. Fil-quddiesa tiċċelebra din il-ħidma, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi awguralu li r-rwol tiegħu bħala kappillan ikun li jgħin lill-komunità tiltaqa’ ma’ Ġesù u tikber fil-fidi."

L-Arċidjoċesi tisħaq dwar l-importanza li l-parroċċa tkun "komunità miftuħa u ħajja", b'aktar imħabba u għaqda bejn il-parruċċani.

"Nitolbu għal Dun Bernard, biex il-Mulej ibierku fil-missjoni tiegħu u jagħtih l-għerf, il-grazzja u l-qawwa biex jaqdi bi mħabba lill-komunità parrokkjali tiegħu."

Nifirħulu u Nawgurawlu!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI