Ir-rati ta’ mwiet fost in-nies li jispiċċaw taħt kura intensiva bil-Covid-19 tjiebu b’mod drammatiku mill-bidu tal-pandemija grazzi għall-avvanzi fit-trattament, sabet riċerka ġdida.
Il-proporzjon ta’ dawk li huma l-agħar milquta mill-marda li jmutu minnha naqas minn 60% meta dehret għall-ewwel darba s-sena l-oħra għal 36% sa Ottubru. Dan l-istudju deher minn tendenzi globali.
Dan it-tnaqqis ikompli x-xejra pożittiva li rat il-mortalità ta’ kważi 60% li dehret fl-aħħar ta’ Marzu tonqos għal 42% fl-aħħar ta’ Mejju. Is-sejbiet huma ibbażati fuq 52 studju madwar id-dinja li jinvolvu 43,128 pazjent. Studju li riżultati tiegħu ġew ippubblikati fil-ġurnal mediku Anesthesia.
It-titjib qed jiġi dovut għall-użu akbar steroids bħal dexamethasone u bidliet fil-mod kif il-pazjenti morda bil-Covid jirċievu terapija bl-ossiġenu u fluwidi u kif ir-riskju ta’ emboli tad-demm huwa mmaniġġjat b’mod aħjar.
Dawn kollha wasslu għal dan it-tnaqqsi. Il-varjanti l-ġodda taf ikunu ta’ theddida fuq dan kollu iżda wieħed jiskopri dan aktar ‘il quddiem.