Tħabbar Li Faqsu 71 Bajd Tal-Fekrun Ġewwa R-Ramla L-Ħamra – Ara Kif Għandek Tipproteġihom Jekk Tinsertahom

Il-paġna tal- Wildlife Rescue Team ħabbru li għadhom kif faqsu 71 bajda tal-fekruna. Fi stqarrija huma taw aktar dettalji dwar il-każ. Il-bejta tar-Ramla ġiet imħaffra llum fil-preżenza ta’ Nature Trust – FEE Malta u ERA – Uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, sabiex tiġi evalwata r-rata tat-tfaqqis tal-bejta.

Nixtiequ nirringrazzjaw lill-membri tal-pubbliku li nnotifikawna bit-tfaqqis tas-sorpriża, lill-voluntiera sabiħ tagħna talli żiedu biex jissorveljaw iż-żona immedjatament, u uffiċjali tal-ERA li ġew immedjatament fuq il-post biex jgħinu fiż-żona sikura.

Nappellaw lill-pubbliku biex joqgħod attent għal sinjali ta’ tfaqqis, u biex iċemplilna fuq 9999 9505 jekk jindunaw b’xi tfaqqis fuq bajja. F’każ li wieħed jiltaqa’ ma’ tfaqqis, jekk jogħġbu ma jiġborhomx.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI