Għadha kif tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-plejers leggendarji tal-futbol Germaniż, Gerd Muller. Huwa kien rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1974.
Id-Deutscher Fußball-Bund (DFB) qassmu d-dieqa tagħhom għall-mewt ta’ wieħed mill-ikbar plejers tal-futbol Ġermaniż ta’ kull żmien. Isellmulu l-memorja tiegħu u jżommu wkoll lill-familjari tiegħu fi ħsiebhom. “Il-ħsibijiet tagħna jmorru għal martu u l-familja tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli.”
Fuq il-midja soċjali ttellgħu anke filmati fejn tfakkret il-memorja tiegħu permezz ta’ mumenti mill-karriera kbira tiegħu.