Tħalli Din Id-Dinja L-Artista Ta’ Fama Mondjali Connie Francis

Riċentament ġiet imħabbra l-mewt tal-kantanta u attriċi Amerikana Connie Francis. Francis twieldet fit-12 ta’ Diċembru tal-1937 u ħalliet din id-dinja fl-eta ta’ 87 sena. Kienet miżżewġa 4 darbiet, u kienet omm ta’ iben.

Francis ser tibqa’ magħrufa għal bosta suċċessi fl-industrija mużikali u permezz ta’ diversi kanzunetti li mhu se jmutu qatt. Fost l-oħrajn insibu kanzunetti bħal Stupid Cupid, Mama, Pretty Little Baby, Wishing It Was You, u Who’s Sorry Now?

Ħadet sehem ukoll f’diversi films, fejn fost l-oħrajn insibu Where the Boys Are, Follow the Boys, u Looking for Love.

Tistrieħ fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI