Indri Attard apparti li hu xandar u attur bravissimu, hu artist eċċellenti! Mhux l-ewwel darba li fuq Facebook jaqsam ix-xogħol artistiku tiegħu. In-namra tal-arti bdiet minn meta kien żgħir. Infatti ta’ 10 snin għamel l-ewwel tentattiv biex jaħdem statwa kbira. Tant kienet kbira li trid crane biex iċċaqlaqha.
Għal kuntrarju tal-istatwi li jagħmel issa, din l-istatwa kienet “Falliment totali”. “Ma kellix idea ta’ materjal u kont fassalt pjan kif jaħseb moħħi” jgħid Indri. Missier Indri kien ta’ sapport kbir u kien jixtirilu kull ma jeħtieġ biex jara lil ibnu kuntent jagħmel dak li jħobb. Dak iż-żmien kien xtralu 10 xkejjer ġibs ta’ 20kilo il-waħda. Min kien jgħaddi mit-triq tal-garaxx ta’ Indri kien jifli lil dan l-artist żgħir, “…Min jiggustani, min jgħidli prosit u anke min jistaqsini jekk din li qed nghamel hix “scarecrow” jgħid Indri.
Iżda ma tantx damet ħajja wisq, għax għodwa minnhom jara l-istatwa kerha u jkisser kollox, imma missieru kompla jagħtih il-kuraġġ. Qabel għaffeġ kollox, missieru kien ħadlu dan ir-ritratt, “Hekk, l-iktar statwa kerha naf liema hi, imma naf ukoll li l-isbaħ statwa għadni m’ghamiltiex” jagħlaq Indri.
Proset Indri ħerqanin biex naraw aktar xogħlijiet minn tiegħek.