Warren jistqarr li meta kellu 9 snin kien beda jilgħab il-futbol u meta kiber iżjed u beda jara l-flus deħlin, ta’ 12-il sena biss sab ruħu jieħu l-marijuana.
“Dħalt il-programm u għamilt qisu sentejn ma niħux imma mbagħad erġajt waqajt,” jirrakkonta Warren f’intervista ma’ MaltaDaily b’risq Sedqa li tgħin tant persuni li jkunu maħkumin mill-vizzju tad-droga.
Illum il-ġurnata Warren irnexxielu jegħleb dan il-vizzju u qed iservi bħala motivazzjoni għal oħrajn li bħalu kellhom dan il-vizzju sabiex isibu l-kuraġġ ħalli jfittxu l-għajnuna.
Tkellmet ukoll dwar dan omm Warren li stqarret li f’ċirkostanzi bħal dawn l-omm tħoss l-uġigħ, aktar u aktar meta ma tistax tgħin lil binha għaliex irid ikun hu li jwaqqaf lilu nnifsu.
L-għaqda Sedqa ddeskriviet l-istorja ta’ Warren bħala eżempju ċar li persuna tista’ tfieq u terġa’ tibda ħajjitha mill-ġdid.
Ritratti: Facebook / Malta Daily