Ta’ 7 snin, Francesco se jkun qed jipprova jagħmel ġirja ta’ 5 kilometri f’Għawdex bit-tir li jiġbor kemm jista’ fondi b’risq Bjorn u oħrajn li bħalu jbatu mill-kundizzjoni tal-ALS.
“Il-ġiri huwa sors ta’ enerġija, passjoni u motivazzjoni għalih,” saħaq Franklin, missier it-tifel ta’ 7 snin. Hu wkoll ħabbar li l-ġirja se tkun qiegħda ssir ġewwa r-raħal Għawdxi ta’ San Lawrenz fil-5 t’Awwissu.
“Ejjew ngħinu lil dan it-tifel iġib bidla fil-ħajja ta’ ħafna nies oħrajn,” appella l-missier fuq il-midja fejn ħeġġeġ lin-nies sabiex jipparteċipaw kif ukoll jagħtu l-kontribut finanzjarju tagħhom ħalli b’hekk jiġu megħjuna persuni li bħal Bjorn ibatu bil-kundizzjoni tal-ALS.
S’issa diġà nġabret is-somma sabiħa ta’ €375. Tistgħu tidħlu hawn jekk tixtiequ li tgħinu.
Prosit lil Francesco!
Ritratti: Facebook / Franklin Grima u ALS Malta+