L-Istrina laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Carla, tifla ta’ 8 snin li riċentament qatgħet xagħarha u tatu donazzjoni.
Huma qalu, “Ta’ biss 8 snin, Carla Debono kien ilha ttawwal xagħarha għal żmien twil, bl-għan li xi darba ttih donazzjoni lil xi ħadd li għandu bżonnu. Illum kienet il-ġurnata li qatgħet xagħarha, u dik il-paċenzja kollha ssarfet f’rigal sabiħ għal xi ħadd ieħor. Grazzi Carla, li tawwalt xagħrek għal għan daqshekk sabiħ. Nittamaw li qed tħobb l-istil il-iġdid daqs kemm aħna nħobbu r-raġuni ta’ warajh!”
Prosit kbira Carla, verament ta’ ispirazzjoni!